Ikkonfermata sentenza ħabs għal frodista Maltija

L-Imħallef ikkonferma sentenza ta’ kustodja lil Annabelle Camilleri Monreal, li hi magħrufa sew għall-frodi li wettqet magħtul is-snin.

Waqt ġudizzju li sar din il-ġimgħa dwar l-istess persuna mill-Imħallef Giovanni Grixti, irrizulta li Monreal tat informazzjoni falza lill-uffiċjal tal-probation dwar ir-relazzjoni tagħha mal-familja u l-psikjatra.

Annabelle Camilleri Monreal ta’ 32 sena kienet instabet ħatja f’Ottubru tal-2014 li frodiet persuna barranija b’€1,000 meta krietlu appartament li ma kienx tagħha. Hija kella każijiet simili ta’ dan, b’uħud jinvolvu farmhouses f’Għawdex.

Monreal kienet sentenzjata 7 xhur ħabs, iżda hi ressqet appell li jgħid li l-kastig kien wisq aħrax.

L-Imħallef stqarr li hija ħasra li Monreal ma ħatfitx l-opportunità li ingħatatilha sabiex tgħin lilha nfisha fir-riabbiltazzjoni tagħha. Għalhekk huwa ddeċieda li ma jaċċettax l-appel tagħha