Ikkonfermata s-sentenza ta’ għomor il-ħabs lil żewġ eks kmandanti Serbi

L-Imħallfin fil-Qorti Internazzjonali kkonfermaw fl-appell, is-sentenza ta’ għomor il-ħabs lil Vojadin Popovic u Ljubisa Beara, li kienu uffiċjali għolja fl-eks armata Serba-Bożnijaka.
Huma nstabu ħatja b’involviment dirett fil-massakru ta’ Srebrenica fl-1995, fejn aktar minn 8,000 Bożnijaku inqatlu fi tlett ijiem.
Popovic u Beara nstabu ħatja wkoll li wettqu ġenoċidju u krimini kontra l-umanità.
Il-Qorti kkundannat ukoll eks suldati oħra li ressqu rikors fl-appell.