Ikkonfermata l-ewwel direttriċi għas-CIA

Is-senat tal-Istati Uniti approva l-ewwel direttriċi tas-CIA.
Gina Hespel ġiet approvata b’total ta’ 54 vot favur u 45 vot kontra, wara nuqqas ta’ qbil fost is-senaturi.
L-eks kap tas-CIA, Mike Pompeo, telaq mill-aġenzija sabiex jilħaq is-Segretarju tal-Istat tal-Istati Uniti.
Waqt li kien qed jittieħed il-vot, sitt Demokratiċi ddeċidew li jivvutaw kontra l-ħsibijiet tal-partit tagħhom u vvutaw favur Hespel.
Is-Senatur ta’ Virginia, Marke Warner huwa wieħed minnhom, li qal li Hespel ikkonvinċietu wara li qalet li l-aġenzija qatt ma messha introduċiet dawk li jsejjħulhom enhanced interrogation techniques.
Spjegat li se tassigura li mhux se tippermetti l-użu tat-tip ta’ interrogazzjonijiet, lanqas jekk il-President Donald Trump jitlobha tagħmel dan.
Warner spjega li jemmen li Hespel se tkun persuna li mhux se tiddejjaq tisfida lill-President, li se titkellem b’mod onest u veritier jekk tintalab tagħmel affarijier illegali jew immorali, bħat-tortura.