Ikkonfermat l-ewwel każ ta’ kaċċa illegali f’dan l-istaġun tal-kaċċa

Bagħdan aħmar (Marsh harrier) huwa l-ewwel vittma tal-kaċċa illegali kkonfermat mill-BirdLife Malta f'dan l-istaġun tal-kaċċa.
Fi stqarrija, il-BirdLife Malta qalet li l-għasfur midrub instab ilum minn membri tal-pubbliku ħdejn it-triq li twassal għal Ta’ Pinu f’Għawdex.
Skont il-BirdLife, l-għasfur intlaqat minn tiri ftit tal-jiem ilu u li l-ġrieħi tiegħu kienu nfettati bid-dud.
L-għaqda qalet li għasfur ieħor, Bagħdan Abjad, li kellu xi ġrieħi ntlemaħ itir ħdejn id-Delimara nhar il-Ħadd li għadda.
Dan l-istaġun tal-kaċċa infetaħ fl-1 ta' April.

[youtube https://www.youtube.com/watch?v=lWP56UUm4MQ]

Ritratti: BirdLife Malta