Ikkonfermat it-tielet każ tal-Coronavirus fir-Renju Unit

L-uffiċċjal għoli mediku Ingliż ikkonferma t-tielet każ tal-Coronavirus. Fi stqarrija maħruġa mill-għola uffiċċju mediku Ingliż, intqal li dan it-tielet każ kien fuq persuna li ħa din il-marda minn barra l-pajjiż.

Il-persuna ġiet trasferita għal ċentru speċjalizzat tal-NHS bl-iskop li din il-marda ma’ tinfirixx.

L-awtoritajiet mediċi Ingliżi kkonfermaw li s-sistema tas-saħħa Ingliża hija armata biex apparti li tidentifika l-każijiet, tagħti bidu għal ħidma biex il-kuntatti varji li kellha din il-persuna biex tikkontrolla t-tixrid tal-marda.