Ikkonfermat is-7 każ ta’ coronavirus f’Malta

Miguela Xuereb

Read in English.

Membru tal-familja tar-raġel Malti li dalgħodu rriżulta pożittiv għall-Coronavirus, ġiet ukoll ikkonfermata li għandha l-COVID-19.

Skont stqarrija maħruġa mill-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u mill-Ministeru tas-Saħħa, huma kienu flimkien waqt btala fid-Dolomiti, fin-naħa ta’ fuq tal-Italja. Għalhekk, bħal każijiet kollha preċedenti, dan il-każ ta’ Coronavirus huwa impurtat mill-Italja.

Il-mara se tinżamm fl-IDU fl-Isptar Mater Dei. L-awtoritajiet tas-saħħa huma infurmati li l-mara ma marritx għax-xogħol minn meta ġiet lura Malta.

Il-kundizzjoni tagħha hija waħda tajba.

Il-Gvern jibqa’ jappella għall-kalma u responsabbilità. Il-Gvern qed jieħu dawk il-miżuri kollha neċessarji biex jissalvagwardja is-saħħa tal-poplu Malti.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn