Ikkonfermat ir-raba’ każ ta’ coronavirus f’Malta

Read in English.

Għadu kemm ġie kkonfermat r-raba’ każ tal-Coronavirus f’Malta.

Fi stqarrija l-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru Chris Fearne qal li dan il-każ jinvolvi raġel ta’ nazzjonalità barranija residenti Malta, li fl-aħħar jiem kien għall-btala fin-naħa ta’ fuq tal-Italja.

L-awtoritajiet qalu li r-raġel jinsab f’kundizzjoni ta’ saħħa tajba.

Il-Gvern qed jappella biex kulħadd iżomm il-kalma u r-responsabilità għax m’hemmx lok għall-paniku.

Nhar is-Sibt 7 ta’ Marzu l-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne ħabbar l-ewwel każ tal-Coronavirus f’Malta. L-ewwel persuna li nstabet pożittiva għal dan il-virus kienet tifla ta’ 12-il sena. aktar tard ġie kkonfermat li l-ġenituri tat-tifla nstabu pożittiv huma wkoll għall-Coronavirus.

Aktar kmieni l-Kamra tal-Kummerċ għan-negozji żgħar u medji sostniet li hemm bżonn sapport ekonomiku għan-negozji fl-Unjoni Ewropea minħabba l-pandemija tal-coronavirus.