Ikkonfermat il-mandat tal-arrest għal Julian Assange

Il-Qorti tal-Appell fi Stokkolma ikkonfermat il-mandat għall-arrest fil-konfront ta’ Julian Assange, il-fundatur ta’ Wikileaks.
Assange jinsab akkużat b’fastidju sesswali.
Julian Assange ilu dawn l-aħħar sentejn jgħix fl-ambaxxata tal-Ekwador f’Londra u fil-passat kien irnexxilu jevita l-estradizzjoni lejn l-Iżvezja.
Assange, li huwa ċittadin Awstraljan, qal li jinsab ċert li se jirnexxilu jirbaħ il-każ.
Qal li l-komunità internazzjonali hija kontrih għaliex permezz ta’ Wikileaks irnexxilu jipprovdi l-verità.