Ikkonfermat: Hibs ixolju t-tim tan-nisa!

Aġġornat 06:42 AM

Sorsi qrib l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol ikkonfermaw li l-kumitat ta’ Hibs bagħat ittra lill-MFA fejn tgħid li jridu jxolju t-timijiet tan-nisa b’mod immedjat. B’hekk it-tim tan-nisa se jkun qed jieqaf milli jikkompeti fil-league.

Il-plejers ilbieraħ kienu mgħarrfa li se ssir laqgħa b’urġenza rigward it-tim. Skont sorsi li tkellmu ma’ Newbsook.com.mt, waqt il-laqgħa ntqal li l-kumitat kien iddeċieda li jwaqqaf lit-tim wara li ra li ekonomikament ma kinitx aktar vijabbli u li wara sitt xhur ma kienx hemm riżultati pożittivi. Wara din l-aħbar, il-plejers ta’ Hibs baqgħu lampa stampa. Issa qegħdin f’sitwazzjoni fejn ma jistgħux jaqbdu u jingħaqdu ma’ timijiet oħra kif ġieb u laħaq.

Is-suq ta’ trasferiment għalaq ftit jiem ilu u għalhekk il-plejers issa spiċċaw jaqdfu għal rashom.

Jistgħu biss jippruvaw jiktbu ittra lill-MFA fejn jispjegaw dak li għadu kemm ġralhom u jsaqsu biex issir eċċezzjoni u jingħataw permess biex jingħaqdu ma’ timijiet oħra li għadhom qed jieħdu sehem fil-kampjonat.

❗️❕NOTICE: Hibs Women's Football Team has officially withdrawn from the BOV Women's League and MFA U-19's…

Posted by MFA Women's Football on Saturday, February 8, 2020