Ikkompeti b’ritratt ta’ Għawdex sal-aħħar ta’ Marzu

‘Għawdex’ huwa t-tieni tema magħżula mid-Dipartiment tal-Informazzjoni għall-kompetizzjoni tar-ritratti.
Dawk li għandhom 14-il sena jew iktar huma mistiedna jipparteċipaw billi jtellgħu ritratti fuq Facebook, Twitter u Instagram. Għandhom ukoll jagħmlu użu tal-hashtags #malta, #doicompetition u #gozo.
Ir-ritratti li jittellgħu Facebook iridu jitteggjaw il-paġna tad-Dipartiment tal-Informazzjoni.
Is-sottomissjonijiet kollha se jiġu evalwati minn ġurija professjonali u r-rebbieħ jirċievi premju ta’ €1,000.
Ir-ritratti jridu jittellgħu sal-aħħar ta’ Marzu.
Aktar informazzjoni fuq is-sit www.gov.mt

Ritratt: GĦAWDEX-Djamant fuq Facebook