Ikkanċellati t-taħdidiet bejn ir-Russja u l-Istati Uniti

Ir-Russja tinsab iddiżappuntata wara li l-Istati Uniti kkanċellat it-taħdidiet bilaterali bejn iż-żewġ pajjiżi li kienu se jsiru f’Settembru li ġej f’Moska.

Dan wara li r-Russja offriet l-ażil politiku lil Edward Snowden, il-persuna li kixfet ċirku ta’ ġbir ta’ informazzjoni mis-servizzi sigrieti Amerikani.

Kelliem għall-President Russu qal li din il-mossa uriet ċar li l-Istati Uniti ma tistax tiżviluppa rabtiet fuq bażi ugwali mar-Russja. 

Minkejja dan, il-President Amerikan Barack Obama xorta waħda jippjana li jattendi l-laqgħat tal-G20 f’San Pietruburgu.