Ikkanċellata titjira tal-Air Malta lejn Tripli wara li għalaq l-ajruport fil-Libja

It-titjira tal-Air Malta għal Tripli kellha tiġi kkanċellata wara li ngħalaq l-ajruport tal-Kapitali Libjana.
 
It-titjira kellha titlaq minn Malta fil-5pm.
Kelliem għall-Air Malta qal li l-linja Nazzjonali tal-ajru tagħti l-akbar importanza għas-sigurta’ tal-klijenti tagħha u titlob apoloġija għal kull inkonvenjent li jista’ jinqala’.