Ikkanċellata t-12-il edizzjoni ta’ Betlehem f’Għajnsielem

Facebook - Bethlehem f'Għajnsielem

Ftit tal-ħin ilu il-paġna ta’ Facebook tal-attività Betlehem f’Għajnsielem ħabbret li se tkun qiegħda tikkanċella din l-attività annwali minħabba l-pandemija tal-coronavirus. Huma spjegaw li din id-deċiżjoni ttieħdet minħabba li din l-attività normalment tattira bosta folol.

F’kitba fuq Facebook il-viċi-sindku ta’ Għajnsielem Franco Ciangura qal li din is-sena din l-attività se tkun ikkanċellata minħabba ż-żmien li d-dinja għaddejja minnu.

Ciangura qal li wieħed irid jimxi mal-pariri tal-esperti mediċi biex wieħed jieħu ħsieb is-saħħa tiegħu u ta’ ħaddieħor. Huwa żied li permezz ta’ dan il-proġett esperjenzaw mumenti sbieħ u issa flimkien se jkunu qegħdin jgħixu dan iż-żmien ta’ sfida.

Il-Viċi-Sindku sellem lil dawk kollha li kienu parti minn din l-attività u rringrazzja lil dawk kollha li attendew u taw il-kuraġġ biex din l-attività baqgħet issir sena wara sena.

Bethlehem F’Għajnsielem 2020 🇲🇹 B’dispjaċir nixtiequ ninfurmawkom li t-12-il edizzjoni ta’ Bethlehem f’Għajnsielem ser…

Posted by Bethlehem f'Għajnsielem on Friday, October 30, 2020