Awdjo: “Kburi li l-ħidma fl-iskawz tissarraf f’ħiliet essenzjali fil-ħajja”

Ikkampjar. F’moħħok jiġi kamp, zkuk, siġar u natura…imma aktarx mhux baħar.
Hekk għamel il-Grupp tal-Iskawz tal-Mosta li għat-tieni sena konsekuttiva rama l-kampjiiet fuq il-baħar u offra esperjenza differenti u oriġinali lit-tfal membri fih.
Sean Bartolo, Assistant Group Scout Leader, qal li biex ġew armati dawn iż-żewġ kampijiet intużaw mal-100 għamla ta’ rbit, 40 biċċa ta’ njama biex isostnu l-ġnub, 30 tank u 10 marine plies.
Il-kampijiet ittellgħu fil-Bajja ta’ il-Fekruna fix-Xemxija, u fihom jistgħu 18-il persuna.
Ma’ Newsbook.com.mt Bartolo qal li jħossu kburi li kull għoqda li se ssib f’dal-kampijiet saret skont il-mod tradizzjonali tal-kultura tal-iskawz.
Iżda dan mhuwiex l-għan proprju, jew għallinqas l-iskawz ma jitgħallmux l-għoqiedi għalihom infushom.
Fil-fatt Bartolo sostna li l-iskop ewlieni huwa li dawn iż-żgħażagħ jitgħallmu l-ħiliet bażiċi importanti tant kemm f’ħajjithom bħala żgħażagħ kif ukoll ’il quddiem f’komunitajiet akbar.
Spjega kif bl-għoqiedi li jitgħallem skawt, li jibda mill-età ċkejkna ta’ 5 snin, jibda jixrob dak li sejħilhom pioneering skills li mbagħad jiżviluppaw f’ħiliet tal-ħajja, ngħidu aħna l-ħidma ma’ ħaddieħor, il-valuri, ir-responsabbiltà, dedikazzjoni u r-rispett lejn il-mod differenti kif taħdem kull persuna.
Ma’ Newsbook.com.mt Bartolo enfasizza li l-ħidma fl-iskawz tħares dejjem lil hinn għall-iżvilupp sħiħ tal-membri tagħha.