Ikisser skylight f’San Ġiljan għax kien fis-sakra

Spanjol ta’ 22 sena li qiegħed Malta jistudja l-Ingliż tressaq il-Qorti akkużat li kisser skylight ta’ appartament f’San Ġiljan.
Iż-żagħżugħ ammetta li wettaq ħsara fuq l-iskylight tal-appartament meta kien fis-sakra.
Huwa ngħata l-ħelsien mill-arrest bil-kundizzjoni li ma jagħmilx reat ieħor fi żmien sena u ġie ordnat iħallas €2,000 għall-ħsara li wettaq.