Ikisser il-ħġieġ ta’ karozza biex jidħol jorqod

Żagħżugħ ta’ 25 sena ttella’ l-qorti fuq akkuża li kisser il-ħġieġ ta’ karozza f’San Ġiljan b’mod volontarju biex ikun jista’ jidħol jorqod fiha. Hu weħel sentenza sospiża filwaqt li jrid iħallas tad-danni. Huwa kien Malta bil-għan li jistudja u kien ippjanat li jitlaq lura lejn pajjiżu ix-xahar id-dieħel.

Nhar it-Tnejn li għadda, bil-lejl, iż-żagħżugħ kien miex xurban lura lejn daru f’San Ġwann. Huwa iddeċieda li kellu jkisser il-ħġieġ tal-karozza biex jidħol fiha u jorqod. Huwa spiċċa biex ġie arrestat u mħarrek fuq akkuża li kkawża dannu b’mod volontarju fuq karozza. Il-karozza hija ta’ kumpanija li tikri l-karozzi.

Wara li l-maġistrat sema’ liż-żewġ naħat, il-qorti ddikjarat lill-akkużat ħati u kienet ordnata sentenza sospiża għal erba’ snin. Kien ordnat ukoll li jħallas €4,397.67 biex ikopri tad-dannu li kkawża fuq il-karozza. Il-ħlas se jsir meta ż-żagħżugħ imur lura pajjiżu f’Novembru.