Ikel u xorb b’xejn jekk ma tmissx il-mowbajl waqt film

Swali taċ-ċinema fl-Istati Uniti fl-aħħar sabu mod ta’ kif jeħilsu mill-ħsejjes tal-mowbajls waqt li jkunu qed juru xi film.
Nedew app li permezz tagħha dawk li jitfu l-mowbajl waqt il-film, jagħtuh xi ħaġa tal-ikel u x-xorb.
Din l-app taħdem b’sistemi ta’ punti u jekk tmiss il-mowbajl darba, titlifhom kollha.
Madanakollu kien hemm min ipprova juża l-app qabel mar jorqod, u x’ħin qam l-għada filgħodu sab li ħa l-punti xorta waħda!