Ikea se tagħlaq wieħed mill-ħwienet fl-Ingilterra

Unsplash

Il-kumpanija Ikea ħabbret li dan is-sajf se tagħlaq il-ħanut li għandha fil-belt ta’ Coventry fl-Ingilterra.

Il-ġgant tal-għamara qal li l-ħanut ġarrab “telf konsistenti” mill-2007, kemm ilu miftuħ. Dan possibilment minħabba li kien frekwentat minn ħafna inqas nies minn kemm mistenni.

L-Ikea qalet li se tkun qed tikkonsulta mat-352 ħaddiem li ġew affettwati, u se tipprova ssibilhom xogħol fi ħwienet oħra.

Fl-Ingilterra, l-Ikea għandha 22 ħanut. Il-ħanut f’Coventry jiswa mal-€35 miljun.