Ikantalha waqt li missierha jinsab mejjet ftit ‘il bogħod

Filwaqt li llum ħafna ċċelebraw jum il-missier, traġedja li ġrat ftit jiem qabel se tibqa' mfakkra minn pulizija Amerikan għal ħajtu kollha.
Ġara li karozza b'familja ta' sitta kienet involuta f'inċident tat-traffiku f'Kolorado fl-Istati Uniti, bil-missier li kien qed isuq, imut fuq il-post.
L-omm u l-erbat itfal ittieħdu l-isptar, iżda sakemm ħarġuhom mill-karozza, tifla oħra li ma ġarrbet l-ebda ġrieħi kienet qed tistenna waħedha.
Meta raha, pulizija mar fuqha u ħadha ftit 'il bogħod mix-xena tal-inċident u beda jkantalha Twinkle Twinkle Little Star, biex jipprova jikkalmaha, kif kien jagħmel lil bintu.
Qal li kieku kienet it-tifla tiegħu, hu jkun irid lil min iżommha miegħu.