Ikaħħlu u jbajdu biex jgħinu Dar Merħba Bik

Kumitat ġdid li twaqqaf fi ħdan il-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġjar tal-Ilma għadu kif lesta diversi xogħlijiet ta’ manutenzjoni f’Dar Merħba Bik.
Din saret bħala parti mir-responsabiltà soċjali tal-Enemalta li għenet lil din id-dar immexxija mis-Sorijiet tal-Bon Pastur li toffri għajnuna lill-vittmi tal-vjolenza domestika u lil uliedhom.
Il-Ministru għall-Enerġija Joe Mizzi semma kif ħaddiema tal-Enemalta ħadmu b’mod volontarju biex biddlu d-dwal tal-kċina, kaħħlu, bajdu kif ukoll ħadmu biċċiet tal-għamara għal din id-dar.
Is-Sorijiet tal-Bon Pastur ilhom jieħdu ħsieb il-bniet u nisa f’diffikultà minn mindu l-kongregazzjoni ġiet Malta fl-1858.