Iħħekja l-Facebook ta’ Mark Zuckerberg

Ġuvni mill-Palestina irnexxielu jiskopri difett fil-Facebook. Kien meta kitbilhom u ma tawx kasu darbtejn li ddeċieda li jiħħekja l-paġna tal-fundatur ta’ Facebook Mark Zuckerberg. Il-ġuvni li hu kwalifikat bħala programmer iżda m’għandux xogħol xtaq biss li jieħu r-rigal ta’ $500 li l-kumpanija ta’ Facebook toffri lil min jiskopri xi diffetti.

Khalil Shreateh kiteb hekk fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ Zuckerberg: ‘Skużani li ksirt il-privatezza tiegħek. Ma kellix għażla oħra għax it-tim ta’ Facebook ma tax każ ir-rapporti tiegħi. Kif tista’ tara m’inix fil-lista tal-ħbieb tiegħek, imma xorta irnexxieli nidħol u nikteb fuq it-timeline tiegħek.’

Ġara li l-ġuvni ta’ 30 sena, ma ngħatax il-premju imwiegħed imma irċieva ħafna tifħir kif ukoll ħafna offerti ta’ xogħol.