“Iħeġġu l-immigrazzjoni permezz tal-gwerer u ma jaċċettawhomx f’pajjiżhom” – il-Papa Franġisku

Il-Papa jattendi l-kxif ta' skultura li turi grupp ta' immigranti minn epoki differenti

Read in English.

Il-Papa Franġisku wissa lill-pajjiżi li jipproduċi l-armi għall-gwerra f’postijiet oħra tad-dinja imbagħad jirrifjutaw li jieħdu refuġjati li jkunu qed jaħarbu mill-gwerer fl-istess pajjiżi. Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Immigranti u r-Refuġjati, il-Papa kkritika wkoll il-kummerċ tal-armi.

Il-Papa fi tmiem il-Quddiesa fil-Jum Dinji tal-Immigranti

Il-Papa Arġentin ta’ 82 sena għamel l-immigrazzjoni bħala tema ewlenija tal-pontifikat tiegħu. F’diversi drabi huwa ma qabilx mal-politika li jħaddan il-President Amerikan Donald Trum u mexxejja oħra populisti u kontra l-immigrazzjoni fl-Ewropa.

Il-Papa Franġisku qal dan fl-omelija tal-Ħadd fi Pjazza San Pietru fil-Vatikan li għaliha attendew għadd ta’ immigranti u gruppi li jaħdmu magħhom. Għal din l-okkażjoni ndaqqet mużika Afrikana, Spanjola u Portugiża flimkien ma’ mużika tradizzjonali tal-Knisja.

Huwa spjega kif id-dinja qed issir dejjem aktar elitista u krudili kontra dawk li huma esklużi u fisser kif id-dmir tal-Kristjani huwa li jieħdu ħsieb dawk li jispiċċa f’kultura ta’ rimi li qed tgħolli rasha fis-soċjetà.

Lejn l-aħħar taċ-ċelebrazzjoni l-Papa Franġisku kixef statwa kbira fi Pjazza San Pietru li turi għadd ta’ immigranti u refuġjati minn diversi reliġjonijiet u perjodi fl-istorja.