Iħeġġeġ talb għall-mexxejja Ewropej għal soluzzjoni dwar l-immigrazzjoni

L-Arċisqof Charles Scicluna, permezz ta’ tweet, talab biex ikun hemm appoġġ kordjali u talb għall-mexxejja Ewropej kollha li din il-ġimgħa mistennija jiltaqgħu f’summit dwar l-immigrazzjoni.
L-Arċisqof talab biex il-mexxejja Ewropej isibu modi konkreti biex ma jibqgħux iseħħu iktar telf ta’ ħajjiet fil-baħar Mediterran.
L-immigrazzjoni sparat ’il fuq fl-aġenda ta’ diversi mexxejja ta’ pajjiżi tal-UE wara t-traġedja li seħħet fi tmiem il-ġimgħa li hi meqjusa l-ikbar traġedja fil-Mediterran fl-aħħar snin.
Il-Papa Franġisku wkoll appella għal azzjoni internazzjonali wara dak li seħħ.
Dalgħodu, il-bastiment navali tal-Guardia Costiera daħħal il-katavri ta’ 24 immigrant f’Malta mbagħad baqa’ sejjer l-Italja bit-28 persuna li rnexxielha ssalva.
L-Arċisqof Charles Scicluna, ilbieraħ ukoll, appella biex l-Insara jaġixxu ta’ Nsara dejjem u ma jużawx kliem dispreġġjattiv kontra n-nawfraġi tal-lum