“Tini 5 minuti waħdi f’kamra msakkra mar-raġel li abbuża lil uliedi” – Missier 3 vittmi

Missier ta’ tlieta mill-vittmi ta’ Larry Nassar attakka lill-pedofelu fil-Qorti waqt li dan kien qed jingħata s-sentenza.
B’rabja kbira, Randall Margraves ħebb għall-eks tabib tat-tim Nazzjonali tal-Istati Uniti wara li staqsa lill-Imħallef jekk jistax iqatta’ ħames minuti waħdu f’kamra msakkra mal-imputat.
Tnejn mill-ulied ta’ Margraves taw ix-xhieda tagħhom fil-Qorti dwar kif sfaw vittma tal-abbuż li sofrew minn Nassar, filwaqt li t-tielet tifla tiegħu qalet li għaddiet mill-istess abbuż bħal ħutha.
Il-Maġistrat Rosemarie Aquilina, bint emigrant Malti, tat sa massimu ta' 175 sena ħabs lil Larry Nassar, li nstab ħati li abbuża sesswalment minn kważi 160 atleta żagħżugħa meta kien jaħdem bħala tabib kemm f’din l-università kif ukoll bħala l-mediku ta’ USA Gymnastics
Ir-raġel ta’ 54 sena kien diġà ngħata 60 sena ħabs oħra wara li ammetta akkużi miġjuba kontrih ta’ pornografija tat-tfal.