Iħebb għaliha u jheddidha; jingħata l-ħelsien mill-arrest

Raġel miżżewweġ u bit-tfal, li allegatament weġġa’ lil martu u heddidha li se joqtolha, ngħata l-ħelsien mill-arrest.

Ir-raġel ta’ 33 sena qed jiġi akkużat li weġġa’ lil martu b’mod ħafif waqt argument fid-dar tagħhom fiż-Żejtun. Huwa wkoll ġie akkużat li beżża’ lil martu billi uża telefon, u wkoll li heddidha. Il-prosekuzzjoni spjegat li r-raġel hedded lil martu bit-telefon u kif ukoll verbalment.

L-avukati tad-difiża staqsew għall-ħelsien mill-arrest. Wara li l-Qorti semgħet iż-żewġ naħat, iddeċidiet li r-raġel jingħata l-ħelsien mill-arrest b’garanzija terza ta’ €2,500. Huwa ġie ordnat jiffirma l-ktieb tal-ħelsien mill-arrest darbtejn fil-ġimgħa, u biex jibqa’ d-dar f’ħinijiet stipulati mal-lejl.

Il-Qorti ħarġet ordni ta’ protezzjoni għall-vittma, u ordnat li ma r-raġel ma jibqħax jgħix iż-Żejtun.