Iħebb għal żewġ pulizija fil-Marsa

Somalu ta’ 28 sena qed jinżamm arrestat wara li kien akkużat li attakka żewġ uffiċjali tal-Pulizija waqt li kienu fuq xogħolhom.

Il-Każ seħħ nhar il-Ħamis fi Triq Balbi ġewwa l-Marsa, għall-ħabta ta’ nofsinhar.

Huwa qed jiġi akkużat ukoll minħabba li m’għobdiex ordnijiet mill-Pulizija u li kiser il-paċi pubblika waqt li kien taħt l-influwenza tax-xorb.