Iħebb għal missieru fil-Fgura; sentenza sospiża

Raġel ta’ 37 sena residenti l-Ħamrun ingħata sentenza ta’ sentejn ħabs sospiżi għall-erba’ snin wara li ammetta li fl-1 ta’ Novembru kkaġuna biżgħa, ħebb għal missieru u heddu fil-Fgura. Huwa kien akkużat ukoll li kien reċediv.

Fil-Qorti ir-raġel għall-ewwel wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih madankolu fis-sedutatl-11 ta’ Novembru huma ammetta l-akkużi tiegħu. Għalhekk fis-sentenza tagħha l-Qorti kkundannat lir-raġel sentejn ħabs effettivi madankollu kkunsidrat li r-raġel ammetta l-akkużi miġjuba kontrih fil-bidu tal-proċeduri u għalhekk bidlet is-sentenza ta’ ħabs għal dik sopiża.

Il-qorti spjegat lir-raġel ir-responsabilitajiet tiegħu jekk huwa jikkometti reat f’dan il-perjodu. Il-Qorti ħarġet ukoll ordni ta’ protezzjoni għall-erba’ snin fuq missier l-akkużat.