Iħawlu s-siġar f’Bormla, ilhom ikabbruhom 10 snin

Minn tal-inqas 12-il speċi ta’ siġar tħawlu minn studenti fi Triq l-Immakulata f’Bormla. 
 
Fosthom tħawlu speċi indiġeni bħal Widnet il-Baħar u siġar taż-żebbuġ. 
 
Fil-passat, din iż-żona mtliet bi speċi ta’ siġar invażiv u aljen. 
 
Din l-inizjattiva tal-Iskola San Franġisk b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali ta’ Bormla, hija parti mill-kampanja “Tree Your Own Town – The School – Community Link Project Grant Scheme”, imnedija mill-Ministeru għall-Ambjent.
 
Membri mill-iskola saħqu li ilhom madwar 10 snin ikabbru s-siġar u jieħdu ħsiebhom. Semmew ukoll kif ta’ kull sena jieħdu sehem fi proġetti oħra, fosthom LEAF –Learning About Forests, bil-għan li jieħdu ħsieb u jipproteġu siġar li għandhom mhux biss fil-madwar, iżda wkoll madwar il-pajjiż.