Iħawlu 111-il siġra għal kull tifla li titwieled

Minkejja li għall-kulturi Ażjatiċi, it-twelid ta’ tifla jitqies bħala wieħed sfortunat, f’raħal fl-Indja dan jiġi ċċelebrat.
Mat-twelid ta’ kull tifla, ir-residenti f’Piplantri, iħawlu 111-il siġra tal-frott. B’hekk ikunu qed jirribattu l-preġudizzju kontra uliedhom bniet u fl-istess ħin isebbħu r-raħal.
Din it-tradizzjoni bdiet fl-2006 mill-eksmexxej tar-raħal, dakinhar tal-mewt ta’ bintu Kiran.