Iħalluha twelled fit-triq għax kienet weħidha

Żagħżugħa abbandunata minn tal-familja għax ħarġet tqila, ġiet sfurzata twelled it-tarbija tagħha fil-ġenb tat-triq wara l-ħaddiema ta’ ċentru tas-saħħa rrifjutaw li jgħinuha.
It-tfajla ta’ 17-il sena, minn Jharkhand fil-Lvant tal-Indja, kienet f’relazzjoni ma’ raġel mill-villaġġ tagħha, meta ħarġet tqila.
Ir-raġel telaqha meta sar jaf li qed tistenna tarbija u l-familja tagħha abbandunawha minħabba d-diżunur.
Ġiet imġiegħla titlaq mid-dar u n-nies tal-lokal qalu li kien ilha tgħx barra għal mill-inqas erba’ xhur.
Finalment, wara li welldet fil-5am, it-tfalja intlaqgħet minn sptar fil-qrib u kemm hi kif ukoll it-tarbija ngħataw il-kura.