Iħallu każi ta’ korruzzjoni fuq l-ixkaffa għax nesew il-password tal-kompjuter

Pulizija fl-Indja naqset milli tieħu azzjoni fuq mijiet ta’ każijiet ta’ korruzzjoni minħabba li għal tmin snin intilfet il-password tal-kompjuter.
Uffiċjali tal-Pulizija fi New Delhi ma setgħux jidħlu fis-sistema u fil-files biex jiktbu rapporti fuq korruzzjoni minħabba li ma kellhomx aċċess għall-password għal tmin snin sħaħ.
Jirriżulta li aktar minn 600 każ ta’ korruzzjoni ma ġewx irrappurtati minħabba li l-Pulizija ma kellhomx aċċess għall-files fil-kompjuter.
Żewġ uffiċjali tal-Pulizija fi New Delhi ngħataw taħriġ speċjalizzat biex irnexxilhom jidħlu fil-kompjuter, ibiddlu l-password u jibdew idaħħlu fis-sistema d-dettalji kollha ta’ dawn il-każi.