Iħallsuk biex idduq in-Nutella

Jekk tħobb iċ-ċikkulata tan-Nutella issa għandek iċ-ċans li tibdel il-karriera għal waħda li tagħtik ċans tiekol kemm tiflaħ.

Nutella, li hija krema taċ-ċikkulata, qed tfittex persuni sabiex iduqu l-avvanzi l-ġodda fuq il-prodott. Mhux talli se tiekol din iċ-ċikkulata mingħajr ma tixtriha, anzi min jirnexxielu jakkwista dan ix-xogħol ta’ sensory judge se jitħallas talli jagħmel dan.

Dawk li jintgħażlu se jintalbu jduqu l-kokkotina, il-ġellewż u ingredjenti oħra li minnhom issir in-Nutella.

Dawk li japplikaw ikollhom jagħmlu kors ta’ tliet xhur li jgħinhom jitgħallmu aktar dwar il-prodotti li se jkunu qed iduqu u kif għandhom jagħtu l-pariri tagħhom.

Min jintgħażel imbagħad se jaħdem għal erba’ siegħat fuq jumejn f’Alba fl-Italja.