Iħallsu €11,000 talli nqabdu jdaħħlu xorb bla dazju

Dwana offerta irħis fliexken

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, id-Dwana qabdet ammont sostanzjali ta’ xorb alkoħoliku li kien qed jinġarr f’vann minn Sqallija.
L-alkoħol ġie kkonfiskat għax ma tħallasx id-dazju tas-sisa fuqu.
Din il-qabda saret minn spezzjoni minn uffiċjali tal-VAT.
Il-merkanzija kienet qed tkun imqassma minn żewġ Taljani f’diversi ristoranti madwar Malta mingħajr ma tħallas id-dazju dovut, sakemm dawn twaqqfu bil-qabda tax-xorb mill-uffiċjali tad-Dwana u l-każ għadda f’idejn il-Pulizija. 
Iż-żewġ persuni tressqu l-qorti u weħlu sentenza ta’ sena priġunerija sospiża għal sentejn u multa ta’ €11,172.84 kull wieħed kif ukoll il-konfiska tax-xorb kollu u tal-vann.