Iħallsu €1.50 biex jisimgħu minuta silenzja fuq il-mowbajl

L-Awstraljani qed jiġu mħeġġa jħallsu €1.50 biex 'jisimgħu' minuta silenzju fuq il-mowbajls tagħhom sabiex ifakkru l-vittmi tal-gwerra. 
Il-minuta silenzju ġiet irrekordjata minn aktar minn 80 membru tal-Forzi tad-Difiża Awstraljani u familjari tagħhom li kienu nvoluti f’kunflitti fosthom fl-Iraq, l-Afganistan u l-Vjetnam. President ta' waħda mill-għaqdiet li pparteċipaw f'din l-inizjattiva stqarr li għalkemm għall-bidu kien kemxejn xettiku dwar l-idea issa qed japprezza l-mod ta’ kif dan l-inċentiv qed jintlaqa' mill-pubbliku.