Iħallsu €14,000 biex jerfgħu l-istatwa ta’ Santa Marija

YouTube- Banda Mġarr

Grupp ta’ persuni se jkunu qed iħallsu €14,000 biex jerfgħu l-istatwa ta’ Santa Marija fil-jum tal-festa fl-Imġarr Malta.

Bħal kull sena saru offerti minn gruppi differenti ta’ persuni li joqgħodu l-Imġarr li jkunu jixtiequ jerfgħu l-istatwa. It-tradizzjoni tmur lura numru ta’ snin. Parti mill-flus imorru għall-karità u parti oħra tmur lejn il-knisja.

Hemm ukoll l-opportunità għal min ma kienx parti mit-tim li rebaħ biex xorta jerfa’ l-vara għal parti mill-purċissjoni.