Iħallina Tinky Winky

L-attur Simon Shelton, li hu l-aktar magħruf għal parti tiegħu bħala t-teletubby l-vjola, Tinky Winky, fis-serje Teletubbies miet fl-eta ta’ 52 sena.
Shelton ħa l-parti tat-teletubby l-vjola wara li Dave Thompson tkeċċa fl-1997.
Irwoli oħra tiegħu inkludew The Dark Knight fis-serje televiżiva tat-tfal The Incredible Games.
Iben Shelton, Henry, qal li missieru miet fis-17 ta’ Jannar.
Is-serje Teletubbies kien jixxandar fuq il-BBC bejn l-1997 u l-2001 u kienu jsegwuh madwar biljun tifel u tifla, f’altar minn 120 pajjiż u b’45 lingwa.