Iħallas kumpens ta’ €90,000 wara li laqat bi żball lil sieħbu

Clifton Axisa, kaċċatur li f’Settembru tal-2006 kien spara u laqat bi żball lil Elton Borg, kien ordnat mill-qorti jħallas multa ta’ €90,400 lil Borg.
Elton Borg, li kawża tal-inċident qed isoffri minn 35% ta’ diżabilita permanenti,  kien ressaq il-qorti lill-Axisa biex ifittxu għad-danni għax fi kliemu ma kienx ħa l-prekawzjonijet neċċesarji.
Spjega li Axisa kien qed iġorr is-senter meta waqa’ u aċċidentalment spara fuq sieħbu. 
Esperti tal-qorti qalu li l-inċident seta’ kien evitat kieku Axisa ma ħalliex is-senter ikkargat la ma kienx qed jintuża f’dak il-mument.