Iħallas għal-libsa tat-tieġ li ġietha ssikkata

Il-kummerċjant li lbieraħ ġie ordnat jagħti l-flus lura lill-mara li użat is-servizzi tiegħu, aċċetta li jħallas il-penali kif mitlub mit-Tribunal.
Fi stqarrija, id-Direttur Ġenerali għall-Affarijiet tal-Konsumatur qal li l-kummerċjant Gaetano Busuttil kien implementa d-deċiżjoni tat-Tribunal.
Dan wara li sal-bieraħ kien għadu qed jirrifjuta li jonora d-deċiżjoni tat-Tribunal.
Ilbieraħ ġie ordna lill-bejjiegħ iħallas lura is-somma ta’ €100 lill-konsumatriċi u l-ispejjeż tat-Tribunal.