Iħabbru l-mewt tal-Prinċep Philip bi żball

The Daily Telegraph ippubblikat artiklu nofs leħja li fih ħabbret li d-Duka ta’ Edinburgh miet.
Sakemm l-artiklu baqa’ online kien jgħid li l-Prinċep Philip, l-aktar Duka li serva għal żmien twil, miet fl-età ta’ XX. Huwa attribwixxa din l-aħbar lil Buckingham Palace.
L-artiklu kien ikompli jaqra l-Prinċep Philip, li r-Reġina ddeskrivietu bħala sinsla tagħha sabiex ilha tmexxi għal dawn is-snin kollha, miet.
Żied jgħid li l-Prinċep se jingħata funeral skont ix-xewqat tiegħu.
Fuq l-artiklu kien hemm miktub li “dan il-fajl jeħtieġ li jibqa’ jiġi aġġornat u jkun l-artiklu prinċipali.
Intant kelliem għal Telegraph skuża rruħu għal dan l-iżball u qal li se jirrevedi l-proċess ta’ kif jiġu ppubblikati l-aħbarijiet.
Din ma kinitx l-ewwel darba li xi gazzetta ħabbret il-mewt tal-Prinċep Philip. F’Mejju li għadda The Sun ukoll kienet ħabbret il-mewt tiegħu. Dakinhar il-Prinċep kien ħabbar li se jirtira mix-xena pubblika.
Il-Prinċep Philip, li għandu 96 sena kellu l-aħħar attività pubblika mar-Royal Marines. Huwa se jirtira mill-ħajja pubblika.

Ritartt: Ian Noel Pace