Iħabbat rasu mal-bieb taċ-ċella; jittieħed l-isptar

mater_dei_112_ambulanza

Raġel Tuneżin li kien qed jinżamm arrestat ġewwa l-lock-up tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija beda jaġixxi b’mod agressiv u jweġġa’ lilu nnifsu. Ir-raġel ħabbat rasu maċ-ċella u għamel diversi ħsarat fl-istess ċella.
Fi stqarrija l-Pulizija spjegaw li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-11pm ilbieraħ, fejn minnufih sejjħu ambulanza sabiex l-arrestat jingħata l-assistenza medika.
Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei fejn baqa’ jaġixxi b’mod agressiv tant li weġġa’ lis-Surġent tal-Pulizija li kien skorta u kkawżalu xi ġrieħi.
Ir-raġel ġie arrestat ilbieraħ stess mill-Mellieħa wara li kien qed iġib ruħu b’mod agressiv ma’ diversi persuni waqt attività. Hu rreżista l-arrest.