Jgħid li mhux ħati li ttraffika l-kannabis

Il-Pulizija ressqet il-Qorti,  lil Martin Cachia ta’ 54 sena,  minn Marsaskala fejn ġie akkużat li lbieraħ u matul l-aħħar sitt snin, kellu fil-pussess tiegħu r-raża tal-Kannabis, liema droga ma kinetx għall-użu esklussiv tiegħu u ttraffika l-istess droga.

Cachia kien akkużat ukoll li kellu fil-pussess tiegħu arma tan-nar, jew munizzjon mingħajr liċenzja,   u li sar reċediv.

Huwa ġie akkużat ukoll li naqas milli jiddikkjara lill-Kontrollatur tad-Dwana li huwa kien qiegħed iġorr miegħu ammont ta’ €21,000 fi flus kontanti filwaqt li kien ħiereġ minn Malta.

Huwa  wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontra tiegħu.  Huwa qed jinżamm fil-Faċilita` Korrettiva ta’ Kordin.