Ighalo skurja l-ewwel gowl għal Manchester United

Odion Ighalo skurja l-ewwel gowl għal Manchester United fil-logħba kontra Club Brugge. Din kienet waħda mill-aqwa prestazzjonijiet ta’ United tul l-istaġun.

Bruno Fernandes skurja t-tieni gowl ma’ United f’ġimgħa minn penalty, wara li Simon Deli tkeċċa wara li mess il-ballun b’idu biex waqqaf ix-xutt ta’ Daniel James. McTominay li reġa daħal jilgħab wara li għamel xi żmien barra biex jirkupra minn injury, wkoll irnexxielu jiskurja.

Fl-aħħar 10 minuti Fred skurja l-ewwel żewġ gowls tiegħu tal-istaġun. United rebħu bl-iskor kbir ta’ 5-0, skor li jimmerita l-prestazzjoni tat-tim.

Riżultati oħra mill-Europa League:

Basel 1-0 APOEL Nicosia

RCD Espanyol 3-2 Wolverhampton Wanderers

FC Porto 1-3 Bayer Leverkusen

Gent 1-1 Roma

Istanbul Basaksehir 4-1 Sporting CP

LASK 2-0 AZ Alkmaar

Mamoe FF 0-3 Wolfsburg

Ajax 2-1 Getafe

Arsenal 1-2 Olympiacos

Benfica 3-3 Shakhtar Donetsk

Celtic 1-3 FC Koebenhavn

Inter 2-1 Ludoforets Razgrad

Sevilla 0-0 CFR Cluj