Iġġorr bejn €21 u €50 fil-kartiera?

wallet
Ritratt: Unsplash

Aktar minn terz tal-Maltin iġorru bejn €21 u €50 fil-kartiera  tagħhom.  Inqas minn wieħed minn kull 10 Maltin iġorru aktar minn €100. Dan ħareġ minn stħarriġ dwar l-użu ta’ mezzi ta’ pagamenti li sar mill-Bank Ċentrali ta’ Malta, fejn irriżulta li fl-2018 ir-residenzi baqgħu jiddependu ħafna fuq flus kontanti għall-biċċa l-kbira tax-xiri tagħhom. Madanakollu qed jiżdiedu dawk li jużaw mezzi alternattivi ta’ ħlas meta mqabbla ma’ ħames snin ilu.

Xi spikka aktar dwar il-mezzi ta’ pagamenti tal-Maltin?

  • 20.9% tar-residenzi jġorru bejn €11 u €20
  • 18.3% iġorru bejn €51 u €100
  • 9.5% iġorru aktar minn €100
  • 8% iħossuhom komdi jġorru aktar minn €200
  • 92.4% tar-residenzi jippreferu jużaw flus kontanti għax ‘faċli’ u ‘aktar siguri’

X’differenza kien hemm fl-użu fl-aħħar ħames snin?

  • Żieda fl-aċċessibilità tal-pagamenti onlajn, debiti diretti u kards imħallsin bil-quddiem
  • Aktar xiri ta’ valur għoli qed isir b’kards tad-debitu, kards tal-kreditu u ċekkijiet minflok flus kontanti
  • Fl-2017 iċ-ċekkijiet ammontaw għal 17.3% tat-tranżazzjonijiet bla flus kontanti f’Malta – logħla rata fl-Unjoni Ewropea, fejn il-medja hija 1.7% biss.