Iġġorr magħha f’X-Factor il-vittmi ta’ vjolenza domestika

Facebook - Luke Azzopardi

Illum hija l-finali ta’ X Factor Malta, Alex Alden waħda mill-ġurija libset libsa tad-disinjatur Luke Azzopardi. Mal-libsa Alden għandha l-ismijiet tall-vittmi kollha ta’ vjolenza domestika.

Fuq Facebook Luke Azzopardi spjega li permezz ta’ xogħlu huwa jrid li jagħmel punt, li l-qasam tal-moda mhuwiex superfiċjali. Huwa spjega li meta tkellem ma’ Alex dwar il-ħsieb tiegħu biex din il-ġimgħa jfakkru l-vittmi kollha li sfaw maqtula minħabba vjolenza domestika hija qablet miegħu.

Id-disinjatur żied li huwa ma kellux iċ-ċans li jaħdem ma’ dawn il-persuni għax sfortunatament inqatlu.  Permezz ta’ din il-libsa huwa flimkien ma’ Alex jixtieq iwassal dan il-messaġġ.

Iċ-ċfuf li hemm man-naħa t’isfel tal-libsa ifissru l-ħolm, l-aspirazzjonjiet u t-tamiet li kollha spiċċaw intilfu ma’ mewthom.

Luke Azzopardi rringrazzja lil Camilleri Paris Mode u l-Frank Zampa Jewlerry li kienu ta’ sapport għal Alex matul dan l-istaġun.

Azzopardi qal li Alex hija gwerriera li dejjem ħolmu mill-ewwel ġurnata. Azzopardi kkonkluda li din fid-dinja li joħlom biha jimmaġinah jiddisinja l-ħwejjeġ lin-nisa li huma kuraġġjuża u festeġġjati u mhux  dak li ġara fil-jiem li għaddew.

Not a passion crime.I always seek purpose in the work that I do. I realise that with fashion, and even more so with…

Posted by Luke Azzopardi on Saturday, February 8, 2020

Aktar kmieni sar il-funeral ta’ Chantelle Chetcuti l-ewwel vittma ta’ vjolenza domestika għal din is-sena. Chantelle mietet wara li qalgħet daqqiet ta’ sikkina f’rasha il-Ħadd filgħaxija fi Triq il-Kbira f’Ħaż-Żabbar.

Newsbook.com.mt qieħed jaġġornakom kontinwament b’dak li qed jiġri fil-finali ta’ X Factor illejla.