Iġġebbed u ħa mowbajl minn fuq mejda fl-ajruport

Raġel bla flus u bla saqaf fuq rasu ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest wara li nqabad jisraq mowbajl mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

Ir-raġel, li hu Bulgaru u għandu 48 sena, qal fil-Qorti li bħalissa ma jgħix imkien.  Huwa ġie mixli li nhar it-Tlieta il għadda ftit qabel nofsillejl, seraq mowbajl. Dan minbarra aċċessorji oħra tal-mowbajl li allegatament seraq f’temp ta’ tlett ġimgħat ix-xahar li għadda.

Fil-Qorti nstema’ kif mill-filmati tas-CCTV, il-Pulizija tal-Ajruport rat lir-raġel jiġġebbed biex jieħu mowbajl minn fuq mejda, waqt li t-turist li kien mal-mejda mar it-toilet u ħalla l-mowbajl waħdu.

Ir-raġel wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.