”Iftħu l-portijiet“ – il-PE lit-Taljani

Twitter / Open Arms /Francesco Gentico

Il-President tal-Parlament Ewropew David Sassoli qed iħeġġeġ lill-awtoritajiet Taljani biex iħallu lill-bastiment Open Arms jeżbarka lill-immigranti f’Lampedusa llum.

Huwa qal li matul il-ġurnata huwa kien f’kuntatt mal-Kaptan tal-bastiment Open Arms u spjega li l-kundizzjonijiet abbord huma skarsi. Kompla li s-sitwazzjoni hija drammatika.

Sassoli qal li l-immigranti issa ilhom 14-il ġurnata, kilometru biss ‘il bogħod minn Lampedusa. Żied li l-immigranti qed jibdew jaqtgħu qalbhom u hemm ċans li jibdew iweġġgħu lilhom infushom minħabba li qed jitilfu s-sens ta’ realtà. Sassoli kompla li l-kundizzjonijiet ta’ iġjene abbord huwa ħżiena ħafna u huwa importanti li jiġu żbarkati b’mod immedjat. Huwa qal li qed jittama li l-awtoritajiet Taljani jifhmu l-gravità tas-sitwazzjoni abbord u jħallu lill-bastiment iniżżel lin-nies illum.

Ara: Il-Gvern Malti għandu jagħti eżempju u jiftaħ il-portijiet- 23 NGO

Ara: Persuni f’nofs ta’ baħar: L-ebda stat membru m’għamel talba formali – KE

Ara: Żewġ nisa u familthom ġew evakwati minn Open Arms lejn Malta