ifs Malta taħtar President ġdid

Kenneth B Micallef, Kap fl-Uffiċċju tal-Kap Eżekuttiv tal-Bank of Valletta, riċentement kien elett President tal-Institute of Financial Services Malta (ifs Malta).
Micallef beda l-karriera tiegħu fil-Bank fl-1993 meta ngħaqad mal-Bank of Valletta. Matul dan il-perjodu, huwa okkupa diversi karigi fil-Bank, kemm fil-qasam tar-retail, kif ukoll fil-Head Office tal-Bank. Preżentement, huwa jmexxi l-Uffiċċju tal-Kap Eżekuttiv u huwa s-Segretarju tal-Bord Maniġerjali tal-Bank. Kenneth huwa wkoll membru tal-Kumitat tal-Wirja tal-Arti tal-BOV u Segretarju Eżekuttiv tal-Fondazzjoni BOV Joseph Calleja. Ilu membru attiv fil-Kumitat tal-ifs mill-2003.
Imwaqqaf fl-1961 bħala ċ-Chartered Institute of Bankers, l-Istitut huwa l-ogħla organizzazzjoni li tipprovdi għarfien u edukazzjoni għall-individwi impjegati fis-settur bankarju u finanzjarju. Ifs Malta tfittex li tippromwovi livell ogħla ta’ professjonaliżmu u valuri fost persuni li jipprovdu servizzi finanzjarji lill-pubbliku.
Artikli kummerċjali għandhom jintbagħtu fuq karl@newsbook.com.mt