Ifittxu sid ta’ kelb li tħalla għal mejjet

L-SPCA ta’ Għawdex qed tappella għall-għajnuna biex ikun magħruf min hu sid il-kelb li nstab jiġġerra fi Mġarr ix-Xini, fi stat ħażin ħafna.
Il-kelb, li fir-ritratt jidher li hu għadma u ġilda, ma kellux ID tag jew microchip u nstab jiġġerra b’ħabel ma’ għonqu.
Sadattant l-Animal Welfare ħadu f’idhom il-kelb biex jingħata l-kura.
Fuq Facebook, in-nies mgħaddba kitbu li l-kelb m’għandux jingħata lura lil sidu iżda għandhom jittieħdu passi kontra s-sid biex ipatti għal għemilu.