Ifittxu s-soluzzjonijiet għall-problemi fis-settur bankarju

Sa tmiem din is-sena, se jiġi propost il-qafas leġislattiv ta’ mekkaniżmu għas-settur finanzjarju, meqjus bħala ‘l-għodda ewlenija kontra r-riskji bankarji’.

Il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku u l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbilità għandhom ir-rwol biex ikissru ċ-ċirku vizzjuż bejn il-banek u l-pajjiżi; dan biex il-qagħda finanzjarja ta’ wieħed ma tinfluwenzax lill-ieħor.

Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi qal dan fil-Parlament meta ta rendikont ta’ x’ġie diskuss waqt il-Kunsill Ewropew li sar f’nofs Ottubru.

Dawn il-mekkaniżmi, fost oħrajn, huma mmirati biex jirriżolvu l-problemi fis-settur bankarju fiż-żona Ewro.