Ifittxu lil uliedhom hekk kif isseparawhom mal-fruntiera Amerikana

REUTERS/Jose Luis Gonzalez

Lilian Merida-Galicia u bintha ta’ 7 snin ġew maqbuda u separati minn xulxin wara li qasmu l-fruntiera bejn l-Amerka u l-Messiku f’Ariżona f’nofs Mejju li għadda. Minn dak iż-żmien ‘l hawn, it-tfajla ta’ 23 sena mill-Gwatemala spiċċat fuq missjoni sabiex issib lil bintha. Meta talbet għall-għajnuna, qalulha li m’għandhomx l-informazzjoni sabiex jgħinuha. Din hija s-sitwazzjoni ta’ bosta ġenituri li qasmu l-fruntiera.

Għalkemm il-President Amerikan Donald Trump waqqaf u reġġa’ lura din il-miżura wara kritika qawwija li rċieva, xorta baqa’ 2,300 tifel u tifla separati mill-ġenituri.